Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Varati l-prinċipji tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Films 2030

pr230987
Date Icon 26/06/2023

Fl-ewwel ġurnata tal-Mediterrane Film Festival ġew varati l-prinċipji li fuqhom ser tkun ibbażata l-Istrateġija Nazzjonali tal-Films sal-2030. Dawn il-prinċipji jinkludu edukazzjoni fil-films, żvilupp ta' talent, investiment fl-infrastruttura, titjib fl-inċentivi fiskali offruti lill-produtturi kif ukoll kooperazzjoni internazzjonali.

Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Kummissarju tal-Films Johann Grech.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif fl-aħħar snin l-għarfien lokali dwar l-industrija tal-films żdied b'mod sostanzjali. “Jeħtieġ pjan fit-tul li jassigura futur li permezz tiegħu l-industrija tal-films f'Malta ssir fost il-kontributuri ewlenin tal-ekonomija Maltija. Nemmnu li fadal ħafna xi jsir iżda għandna r-rieda li nilħqu din il-mira ambizzjuża," qal il-Ministru Clayton Bartolo.

Intant, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech semma kif il-Mediterrane Film Festival huwa eżempju ċar ta' kif Malta qiegħda ssaħħaħ bil-kbir il-viżibilità tagħha fuq skala internazzjonali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Varati l-prinċipji tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Films 2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Varati l-prinċipji tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Films 2030
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow