STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: Jingħata bidu għall-Malta International Wine Festival 2023
Ingħata bidu għall-Malta International Wine Festival 2023 fi Ġnien l-Argotti fil-Furjana. Il-pubbliku ser ikun jista’ jgawdi dan il-festival kuljum mis-sitta ta’ filgħaxija ’l quddiem sa nhar il-Ħadd li ġej.
Kull min ser jattendi dan il-festival ser ikollu l-opportunità li jduq ’il fuq minn 300 tip ta’ inbid minn madwar id-dinja.
Il-programm ta’ din is-sena ser jinvolvi wkoll masterclasses għal dawk li huma interessati jifhmu t-teknika u l-arti li bih isiru numru ta’ inbejjed, fil-forom ta’ wine tasting techniques kif ukoll food and wine pairing.
Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, il-Viċi President tar-Reġjun Port Dominic Grima u Johnathan Pace f’isem l-organizzaturi ta’ din l-attività.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka li “l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda tkompli tassisti attivitajiet bħal Malta International Wine Festival biex kemm it-turisti kif ukoll iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin igawdu s-sabiħ li kapaċi toffri d-dinja tal-inbid.”
Huwa żied jgħid li l-investiment li sar fl-aħħar xhur qiegħed jissarraf f’żieda sostanzjali ta’ turisti li qegħdin jagħżlu li jiġu f’pajjiżna.
“Mir-rispons tal-linji tal-ajru u tal-lukandiera lokali jidher li ser ikollna sajf b’saħħtu għat-turiżmu. Għalhekk, ninsabu ottimisti għal xhur ta’ xogħol mimlija attività kontinwa madwar il-gżejjer Maltin,” temm jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en