Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Kap eżekuttiv ġdid għal Festivals Malta

PR230920
Date Icon 15/06/2023

Is-Sur Francis Agius qed jiġi appuntat kap eżekuttiv ta' Festivals Malta.

Is-Sur Agiusilu impjegat fis-Servizz Pubbliku mill-1984 fejn serva f'diversi karigi ma' entitajiet u dipartimenti f'oqsma kulturali varji taħt diversi amministrazzjonijiet.

Matul din l-esperjenza ta' ftit inqas minn erbgħin sena, huwa ħadem fost l-oħrajn mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, id-Dipartiment tal-Kultura u l-Arti, l-Orkestra Nazzjonali, St James Cavalier - Ċentru għall-Kreattività, il-Valletta Rehabilitation Project u d-Direttorat tar-Restawr. Fl-2014 huwa ngħaqad mal-Kunsill Malti għall-Arti u mat-twaqqif ta' Festivals Malta serva bħala Assistent Direttur u Head of Festivals tal-istess entità.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rringrazzja lill-kap eżekuttiv uxxenti Annabelle Stivala tal-ħidma kbira li wettqet f'dan is-settur, kemm meta serviet bħala direttriċi responsabbli mill-festivals fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti u iktar u iktar meta mexxiet lil Festivals Malta sa mill-ħolqien tagħha. Huwa awgura wkoll lis-Sur Agius suċċess fir-rwol ġdid tiegħu.

Il-Bord ta' Festivals Malta feraħ lis-Sur Agius u rringrazzja lis-Sinjura Stivala tas-servizz tajjeb ferm li wettqet.

Il-ħatra ta' kap eżekuttiv ġdid se ssir b'effett minn nhar it-Tlieta 20 ta' Ġunju, 2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Kap eżekuttiv ġdid għal Festivals Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow