Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Ftehim kollettiv ġdid għall-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA)

PR230903
Date Icon 13/06/2023

L-Aġenzija Nazzjonali Maltija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll l-immaniġġjar tal-Europass, tal-Eurodesk u tat-Timijiet Nazzjonali tal-VET  (EUPA), u l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-istess aġenzija li se jara tisħiħ fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom fuq il-ftehim preċedenti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, li kien preżenti għall-iffirmar, irringrazzja liż-żewġ partijiet li wara perjodu ta' negozjati u diskussjonijiet intlaħaq dan il-ftehim kollettiv ġdid.

“Ix-xogħol għall-aġenzija f'dawn l-aħħar snin żdied b'mod sostanzjali u l-ħidma li jwettqu l-ħaddiema fi ħdanha huwa fundamentali sabiex Malta tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mill-fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea. Għalhekk, huwa ġust li l-ħidma li qed titwettaq tiġi ppremjata filwaqt li tiġi mħarsa l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema," tenna s-Segretarju Parlamentari Bonett.

Tkellem ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-EUPA Joe Schembri, fejn qal kif permezz ta' dan il-ftehim l-aġenzija se  tkompli tibni fil-kompetenzi tal-impjegati tagħha u tattira aktar organizzazzjonijiet lejn il-programmi li hija responsabbli minnhom.

“L-aġenzija tibqa' impenjata li tassorbi l-fondi kollha fdati lilha permezz ta' proġetti ta' kwalità li jgawdu minnhom iċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin," stqarr il-Kap Eżekuttiv.

B'dan il-ftehim kollettiv, il-ħaddiema tal-EUPA ser ikunu qed jibbenifikaw minn żieda fis-salarju, disturbance allowance, introduzzjoni ta' performance bonus, u numru ta' miżuri favur il-familja, fost oħrajn. Il-managers kif ukoll l-uffiċjali se jibbenefikaw ukoll minn responsibility allowance. L-arretrati fuq is-salarji se jiġu mogħtija mill-1 ta' Jannar 2021 filwaqt li l-benefiċċji l-oħra se jidħlu fis-seħħ mil-lum, 13 ta' Ġunju 2023.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Ftehim kollettiv ġdid għall-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA)
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Ftehim kollettiv ġdid għall-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow