Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala tingħata l-Beach of Quality Status

pr230895
Date Icon 12/06/2023

Il-bajja tal-Fajtata f'Marsaskala hija l-ewwel xtajta fin-nofsinhar ta' Malta li ġiet iċċertifikata bħala Beach of Quality Status minn Nature Trust. Dan ir-riżultat importanti huwa l-ewwel pass biex il-bajja msemmija tingħata l-Blue Flag Award.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, is-Sindku ta' Marsaskala Mario Calleja u l-Kap Eżekuttiv ta' Nature Trust Vincent Attard.

Dan filwaqt li dawn il-bajjiet reġgħu ingħataw il-Blue Flag Award:

  • Iż-żoni ta' Fond Għadir;
  • Il-Bajja ta' San Ġorġ;
  • Qawra Point Beach;
  • Bugibba Perched Beach;
  • Il-bajja tal-Għadira;
  • Golden Bay;
  • Għajn Tuffieħa;
  • Paradise Bay;
  • Westin Dragonara Beach Club;
  • Ir-Ramla l-Ħamra;
  • Ħondoq ir-Rummien;
  • Il-bajja ta' Marsalforn.

Biex il-bajjiet jingħataw il-Blue Flag, għandhom jiġu ssodisfati diversi kriterji ambjentali, edukattivi u oħrajn relatati mas-sigurtà tal-bajja u l-aċċess.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li dawn ir-riżultati juru li l-ħidma li qed titwettaq qed tissarraf f'bajjiet nodfa u aktar siguri għall-Maltin u l-Għawdxin u għat-turisti li jżuru pajjiżna.

“L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħda tinvesti biex tkompli tiddiversifika l-prodott li Malta toffri lit-turist. Fix-xhur tas-Sajf, il-bajjiet tagħna huma fost l-iżjed żoni frekwentati mill-viżitaturi. Għalhekk, il-ħidma li qed inwettqu se tkompli twassal għal aktar riżultati pożittivi."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala tingħata l-Beach of Quality Status
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala tingħata l-Beach of Quality Status
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Il-bajja tal-Fajtata f’Marsaskala tingħata l-Beach of Quality Status
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow