STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Awtorità tad-Djar u l-UĦM
L-Awtorità tad-Djar u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin (UĦM) iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-istess Awtorità li se jara t-tisħiħ tal-kundizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema għall-ħames snin li ġejjin.
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes irringrazzja liż-żewġ partijiet li wara sensiela ta' diskussjonijiet ġie ffinalizzat dan il-ftehim kollettiv ġdid.
“Il-ħidma tal-Awtorità żdiedet, fosthom bit-tħaddim ta' skemi ġodda u aktar binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali, u f'dan kollu l-ħaddiema għandhom irwol importanti. Għalhekk, huwa daqstant importanti li fi sfond tal-ħidma li qed titwettaq, inħarsu, nipproteġu u nsaħħu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema." Il-ministru temm b'ringrazzjament lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tad-Djar għall-ħidma tagħhom lejn il-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li dan il-ftehim kollettiv ġdid huwa timbru tax-xogħol imprezzabbli li twettaq mit-tim tal-Awtorità fis-snin li għaddew u jingħaqad ma' firxa ta' inizjattivi oħra li l-Awtorità kontinwament qiegħda timplimenta biex issaħħaħ l-operat tagħha. “Kommessi li nibqgħu insaħħu dawn il-karrieri li mhux biss itejbu l-esperjenza tal-impjegati fi ħdan l-Awtorità imma jkomplu jissarrfu f'servizz aħjar għall-pubbliku."
Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm is-Segretarju Permanenti Mark Musù.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en