Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 30 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja

pr230891
Date Icon 12/06/2023

“Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja jmorru lura għall-1993. Għandna l-għan u r-rieda li dawn insaħħuhom filwaqt li naraw kif nikkontribwixxu għal relazzjoni kummerċjali aktar b'saħħitha." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt laqgħa bilaterali mas-Segretarju tal-Istat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tas-Slovakkja Peter Mišík.

Matul din il-laqgħa l-Ministru Borg tkellem dwar il-bżonn ta' diskussjonijiet tekniċi u tanġibbli bil-għan li l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi jiżdied, dan anke fid-dawl tas-suq waħdieni tal-Unjoni Ewropea. Huwa qal li għandha tkun esplorata l-possibbiltà ta' skambji ta' delegazzjonijiet kummerċjali għal dan il-għan. Sostna kif Malta tista' tkun destinazzjoni perfetta għall-istudenti Slovakki biex jitgħallmu l-lingwa Ingliża u intqal ukoll kif Malta tista' tkun destinazzjoni eċċellenti għat-turiżmu Slovakk.

Il-Ministru Borg qal li bħalissa ż-żewġ Gvernijiet għaddejjin b'xogħol relatat mad-diplomazija kulturali sabiex fiż-żmien li ġej jingħalaq Ftehim ta' Kooperazzjoni ġdid dwar il-Kultura li permezz tiegħu ntejbu l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, possibbilment anke permezz ta' ġemellaġġi.

Kienu diskussi wkoll il-kollaborazzjoni fl-Unjoni Ewropea u numru ta' materji li qed jiġu diskussi bħalissa fuq il-fora Ewropej b'mod partikolari rigward il-patt tal-immigrazzjoni, is-sitwazzjoni tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna u anke t-terminu ta' Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju tal-Istat Peter Mišík qal li huwa ta' unur għalih li jinsab f'pajjiżna bil-għan li jkompli jsaħħaħ id-diskussjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Tenna kif bħala żewġ pajjiżi li saru msieħba tal-Unjoni Ewropea fl-istess żmien huwa essenzjali li l-kollaborazzjoni fuq dan il-forum tibqa' tkun waħda ottima bil-għan li ż-żewġ popli jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 30 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 30 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 30 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 30 sena ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u s-Slovakkja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow