STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-faċċati ta’ żewġ Palazzi tal-President jinxtegħlu għall-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm
PR230842
02/06/2023
Mil-lejl li għadda, il-faċċati tal-Palazz ta' Sant'Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b'lewn aħmar b'ġest ta' rikonoxximent lill-eluf ta' donaturi tad-demm.
Dan fl-istess waqt li jkompli jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm.
It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija “Demm, plażma: naqsmu ħajjitna flimkien, nagħtu spiss."
Il-Presidenza tħeġġeġ lill-entitajiet tal-Gvern kif ukoll dawk privati biex ukoll iwettqu inizjattivi ta' din ix-xorta filwaqt li, fuq kollox, tinkoraġġixxi l-għoti tad-demm.
Il-faċċati ta' dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sat-28 ta' Ġunju.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en