STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li ngħatat nhar il-31 ta' Mejju b'rabta ma' każ dwar qbiela ta' art agrikola, hija konferma ta' kemm kienet importanti r-riforma leġiżlattiva kbira li daħħal il-gvern din is-sena. Dan bil-għan li jipproteġi l-art agrikola u l-għajxien tal-bidwi, filwaqt li jilħaq bilanċ ukoll mas-sidien ta' din l-art.
Ir-riforma li daħlet fl-aħħar xhur kienet riforma kuraġġuża li, kif ikkonfermaw il-prinċipji li stabbilixxew din is-sentenza, se tkun qed tħares ukoll is-sigurtà tal-ikel f'pajjiżna. Hija wkoll riforma li għandha valur ambjentali qawwi hekk kif l-art agrikola hi parti essenzjali mill-pajsaġġ tagħna.
Is-sentenza tal-Qorti hi xhieda kemm kien għaqli l-gvern li wera r-rieda li jaġixxi u wettaq fl-ewwel sena ta' mandat ġdid din il-bidla kbira bl-emendi li saru għal-liġi li tirregola l-kera tar-raba'.
Il-gvern se jibqa' jieħu kull pass meħtieġ biex jibqa' jiġi assigurat settur agrikolu b'saħħtu fl-interess nazzjonali u dak li l-qorti sejħitlu bħala interess ġenerali. Dan fl-istess ħin li jieħu bosta inizjattivi oħra li jsaħħu dan is-settur importanti.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en