Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għax-xogħol ta’ restawr tal-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq

pr230836
Date Icon 01/06/2023

Ingħata bidu għax-xogħol ta' restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Dan il-proġett se jsir b'investiment ta' madwar €60,000, parzjalment ko-finanzjat minn fondi mogħtija mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Dan ix-xogħol huwa neċessarju wara li l-pitturi tas-saqaf tmermru kważi kompletament, u għaldaqstant inħass il-bżonn li jkun hemm intervent dirett li jerġa' jagħti l-ħajja lis-sbuħija artistika tal-parti tas-saqaf ta' fuq l-artal. Dawn il-pitturi se jitpittru mill-artist Manuel Farrugia.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li, “Minħabba l-ħsara li ġarrbu l-pitturi għal diversi snin, ġie deċiż li dawn il-pitturi għandhom isiru mill-ġdid u b'mod li jkunu jikkumplimentaw l-opri artistiċi li diġà jeżistu fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq."

Huwa tenna li l-Gvern kommess li jkompli jinvesti fl-arti reliġjuża f'pajjiżna u sostna li dan ix-xogħol jingħaqad ma' kullana ta' interventi li seħħew f'diversi knejjes u kappelli mifruxa madwar Malta kollha.

Il-Perit responsabbli minn dan il-proġett, Daniel Darmanin, ta spjegazzjoni tax-xogħlijiet. “Fil-ġranet li għaddew intrama saqaf temporanju magħmul minn travi u injam, biex jinħoloq aċċess għas-saqaf, u b'hekk l-ispazju fil-Knisja jkun jista' jibqa' jintuża waqt li qed isir ix-xogħol. Dan is-saqaf temporanju se jagħti l-opportunità biex il-ħsarat eżistenti jiġu studjati mil-qrib u jiġu mgħarbla l-interventi neċessarji qabel tkun tista' ssir il-pittura."

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll il-membri tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u l-Arċipriet Daniel Cardona.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għax-xogħol ta’ restawr tal-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għax-xogħol ta’ restawr tal-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għax-xogħol ta’ restawr tal-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow