Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr230833
Date Icon 01/06/2023

B'reazzjoni għall-allegazzjonijiet li feġġew fuq portals barranin ilbieraħ dwar Carmen Ciantar, il-Ministeru għas-Saħħa jippreċiża illi din kienet l-ewwel darba li tali allegazzjonijiet ġew għall-attenzjoni tad-Deputat Prim Ministru u tal-Uffiċjali tal-Ministeru.

Minkejja li l-allegati avvenimenti msemmija f'dawn l-artikli jikkwotaw dati li ġraw qabel l-impjieg tas-Sinjura Ciantar mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, u minkejja li hija rrifjutat l-allegazzjonijiet, id-Deputat Prim Ministru xorta ħass il-ħtieġa li jaċċetta, immedjatament, is-sospensjoni tagħha mill-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-FMS.

Id-Deputat Prim Ministru jappella lill-Pulizija u l-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jaġixxu mill-iktar fis b'investigazzjoni tagħhom sabiex toħroġ il-verità kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow