AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAL SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ li jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema taħt il-lukandi fil-viċinanzi tal-Ġonna ta' Pembroke kif immarkat bl-isfar fil-figura 1. L-EHOs qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-overflow tad-drenaġġ. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f'dan l-istadju.
Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikata fil-mappa annessa.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta' filgħodu sat-3:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq wrau.ehd@gov.mt u complaints.ehd@gov.mt. Il-pubbliku jista' wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku qed jiġi mistieden ukoll jaċċessa l-paġna tad-Direttorat fuq Facebook fuq http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Health -Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx websajt uffiċjali tagħna fuq għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en