Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Inawgurat il-Konsolat Onorarju tal-Messiku f’Malta

pr230799
Date Icon 27/05/2023

“Dan huwa pass importanti 'l quddiem fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali ta' bejn Malta u l-Messiku". Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Konsolat Onorarju tal-Messiku fil-Valletta Waterfront.

Il-Ministru Borg kompla jgħid kif matul dawn l-aħħar 27 sena ta' relazzjonijiet diplomatiċi, iż-żewġ pajjiżi żviluppaw kooperazzjoni mill-qrib bil-għan li jgawdu l-popli taż-żewġ pajjiżi. Huwa kompli jgħid kif dan il-ftuħ jissimbolizza kif id-differenzi ġeografiċi m'għandhom qatt ikunu ta' xkiel sabiex ikomplu jissaħħu l-ambizzjonijiet li ż-żewġ pajjiżi għandhom flimkien.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin sostna kif huwa jemmen li ż-żewġ pajjiżi għandhom għatx qawwi għal negozju u kummerċ bejniethom u jemmen li hemm opportunitajiet b'saħħithom fejn flimkien jistgħu jikkollaboraw, primarjament anke fejn tidħol il-loġistika u t-trasport. Dan għall-fatt li Malta hija meqjusa bħala pajjiż strateġiku fil-qalba tal-Mediterran. Sostna kif jemmen li permezz ta' dan il-Konsolat Onorarju hemm potenzjal ukoll fil-qasam tal-kultura.

“Bħala membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, Malta għandha l-għan li tikkollabora mal-Messiku fuq bażi multilaterali anke fid-dawl tal-isfidi globali li d-dinja qed tiffaċċja. Malta tibqa' promotur ewlieni tal-paċi, is-sigurtà u l-prosperità," saħaq Dr Ian Borg.

Huwa qal li Malta se tkun ukoll qed tkompli timbotta favur relazzjoni aktar tanġibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku bħala sieħeb ewlieni fl-Amerika Latina.

Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ambaxxatur tal-Messiku għal pajjiżna, Carlos Garcia De Alba Zepedar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Inawgurat il-Konsolat Onorarju tal-Messiku f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Inawgurat il-Konsolat Onorarju tal-Messiku f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Inawgurat il-Konsolat Onorarju tal-Messiku f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Inawgurat il-Konsolat Onorarju tal-Messiku f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow