AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-ħalib minħabba li nstab li fih traċċi ta' proteina tal-ħalib mhux iddikjarata fuq it-tikketta.
| Deskrizjoni tal-prodott: | Peanut Butter ġo vażett tal-ħġieġ |
| Isem tal-prodott: | Bio Chocolate Chip Peanut Butter |
| Ditta: | Nature's Finest |
| Data tad-durabbilita`: | Best Before 01/07/2023 |
| Lott: | L0107 |
| Użin: | 350g |
| Oriġini: | Slovenia |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en