AVVIŻ MID-DIRETTORAT TAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika javża li bħala prekawzjoni u sa kemm joħroġ avviż ieħor, l-għawm mhux irrakkomandat f'C22 Slipway fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja f'Tax-Xama f'San Pawl il-Baħar, minħabba qabża fil-limitu tal-parametri mikrobijoloġiċi, E. coli u I. Enterococci, mmonitorjati waqt il-Programm tal-kwalità tal-ilma għall-għawm hekk kif meħtieġ taħt id-Direttiva dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm. L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. Il-perjodu tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f'dan l-istadju.
(C22 Slipway fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja f'Tax-Xama f'San Pawl il-Baħar)

Tabella 1: C22
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla kif indikat f'Tabella 1. It-tabelli se jitneħħew meta l-kwalità tiġi lura għan-normal u toħroġ stqarrija oħra fejn tinnotifika lill-pubbliku li ż-żona hija tajba għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jikkuntattja lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa bejn is-7:30a.m. u t-3:30p.m. fuq 2133 7333, jew billi żżur l-uffiċċji tagħha f'Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera jew b'email fuq wrau.ehd@gov.mt.
Il-pubbliku qed jiġi mistieden ukoll jżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook fuq http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew jżur is-sit https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en