STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja fil-Parlament ta' Malta: “Omaggio a Malta", Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta
Illum, David Agius M.P., Deputy Speakertal-Kamra tad-Deputati, inawgura wirja ta' pittura intitolata “Omaggio a Malta" Tislima lil Gero Urso, artist Taljan li ħabb lil Malta fil-Parlament ta' Malta. Din il-wirja qed tittella' flimkien mal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi (FFEM). Ix-xogħlijiet ta' Gero Urso huma ispirati minn karattri u xenarji Maltin.
Fis-snin sebgħin u tmenin, Gero Urso kien Malta u ħalla diversi opri f'kollezzjonijiet privati iżda anke wkoll f'postijiet pubbliċi, ġewwa d-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi, il-Murales f'Attard u f'attivitajiet pubbliċi, eżempju fil-Festa ta' Ħbiberija fl-1988 fil-Furjana.
F'kelmtejn tal-okkażjoni, Id-Deputy Speaker tkellem dwar is-sempliċità tal-opri artistiċi ta' Gero Urso. Hu fisser lil Gero Urso bħala esponent ewlieni tal-arti näive. Minkejja dan, il-pittura ta' Gero Urso hi espressiva ħafna. Gero Urso għaraf ħafna l-isbuħija tal-ambjent u l-pajsaġġ naturali ta' Malta, bid-Deputy Speaker jisħaq fuq l-importanza ta' azzjoni konkreta favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta' pajjiżna. Hu sellem il-memorja ta' Gero Urso li miet fl-2021, u anke rringrazzja lil martu, is-Sinjura Anna Maria Indino talli laqgħet l-istedina u kienet preżenti għall-ftuħ uffiċjali ta' din il-wirja.
Il-pubbliku huwa mistieden li jżur din il-wirja fil-Parlament ta' Malta mill-20 sal-31 ta' Mejju 2023, mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mid-9.00 ta' filgħodu sal-5.00 ta' filgħaxija, Sibtijiet u Ħdud: mid-9.00 ta' filgħodu san-nofs siegħa (12.30) ta' waranofsinhar.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en