Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jħallu Malta għal żjara fl-Istati Uniti u l-Kanada

pr230735
Date Icon 18/05/2023

Il-President George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta għal żjara fl-Istati Uniti u l-Kanada.

Fi New York, il-President Vella se jkun wieħed mill-kelliema ewlenin f'dibattitu miftuħ, organizzat mill-Presidenza Żvizzera tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, fuq il-protezzjoni tan-nies f'kunflitti armati bit-titlu 'Ensuring the security and dignity of civilians in conflict: Addressing food insecurity and protecting essential services'.

Il-president se jkollu diversi laqgħat bilaterali, fost oħrajn, mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, António Guterres, mal-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Csaba Kőrösi, u mar-Rappreżentant Għoli għall-Alleanza taċ-Ċiviltajiet tan-Nazzjonijiet Uniti, Miguel Ángel Moratinos. Fil-marġini tal-impenji tal-President Vella fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, huma skedati numru ta' laqgħat oħrajn.

L-impenji tal-president, tas-Sinjura Vella u tad-delegazzjoni Maltija jinkludu wkoll laqgħat mal-komunitajiet Maltin fi New York u f'Detroit, l-Istati Uniti, u f'Toronto, il-Kanada.

Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta fl-Istati Uniti u l-Kanada tinkludi lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri.

Sakemm il-President George Vella jkun impenjat biż-żjara fl-Istati Uniti u l-Kanada, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta. Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar it-Tnejn, 29 ta' Mejju 2023.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow