Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta qed tappoġġja bi sħiħ l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media

PR230728
Date Icon 17/05/2023

“Malta tappoġġja bi sħiħ l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u nemmnu illi dan l-istrument huwa relevanti ħafna f'kuntest fejn l-irwol tal-media hu li tkun ħielsa li tikkomunika b'mod oġġettiv u b'hekk ukoll tkun miġġielda l-misinformazzjoni u disinformazzjoni." Qal dan il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fl-intervent tiegħu waqt il-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, fi Brussell.

Il-Ministru Bonnici enfasizza li m'għandux ikun hemm derogi  fir-rigward tal-libertà tal-media permezz ta' miżuri li mhumiex konformi mal-prinċipji tal-legalità u proporzjonalità.

Huwa tkellem ukoll fuq l-importanza fir-rigward tal-identità kulturali u l-preżenza Ewropea fis-suq internazzjonali awdjoviżiv, partikolarment dak li hu magħmul minn servizzi diġitali. “Naqblu wkoll illi huwa importanti li tingħata l-attenzjoni mistħoqqa għat-tqegħid ta' obbligi fuq il-pjattaformi internazzjonali li għandhom irwol f'dan il-qasam," qal Dr Bonnici.

Il-Ministru Bonnici temm l-intervent tiegħu billi qal li l-appoġġ ta' Malta għall-inizjattiva tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media jsaħħaħ l-importanza tal-libertà tal-media u l-ħtieġa ta' miżuri li jiżguraw li din tiġi ppreservata u protetta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta qed tappoġġja bi sħiħ l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta qed tappoġġja bi sħiħ l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow