Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Etjopja

pr230675
Date Icon 09/05/2023

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg  iffirma tliet ftehimiet ta' kollaborazzjoni mal-Gvern tal-Etjopja waqt laqgħa bilaterali li kellu mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Demeke Mekonnen. Dawn it-tliet ftehimiet huma fis-settur tas-servizzi tal-ajru, taħriġ għad-diplomatiċi u anke fis-settur turistiku.

Matul din il-laqgħa Dr Borg tenna li din hija l-ewwel żjara ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti ġewwa l-Etjopja u turi r-rieda li għandu pajjiżna sabiex, kif hemm elenkat fl-istrateġija għall-politika barranija, inkomplu nkabbru r-relazzjonijiet tagħna ma' pajjiżi strateġiċi fil-kontinent tal-Afrika.

“Il-ftehim li ffirmajna llum, b'mod partikolari fejn jidħlu s-servizzi tal-ajru, huwa wieħed importanti ferm għaliex b'hekk noffru l-pjattaforma neċessarja sabiex tkompli tiġi evalwata l-possibilità ta' konnettività diretta bejn iż-żewġ pajjiżi biex titwitta t-triq għal aktar kummerċ," kompla jgħid il-Ministru Borg.

Il-Ministru Borg kompla jiddiskuti mal-Ministru Mekonnen numru ta' setturi ta' kummerċ li fihom potenzjalment jista' jkun hemm aktar kooperazzjoni, fosthom il-manifattura, is-servizzi, il-farmaċewtika u anke dak diġitali, fost oħrajn.

Min-naħa tiegħu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Etjopja Demeke Mekonnen tenna kif din iż-żjara hija waħda sinifikanti u l-Gvern tal-Etjopja japprezza li sentejn ilu Malta ddeċidiet li jkollha rappreżentanza ġewwa l-Etjopja. Huwa rringrazzja lil Malta tal-kontribut bilanċjat li dejjem offriet f'fora multilaterali dwar il-kontinent Afrikan.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Etjopja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Etjopja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Etjopja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Tliet ftehimiet ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Etjopja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow