Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT Tisħiħ fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet permezz tal-ewwel ftehim settorjali.

pr230641
Date Icon 03/05/2023

L-Erbgħa ġie ffirmat ftehim settorjali bejn id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet u l-UHM Voice of the Workers. Dan huwa l-ewwel ftehim tax-xorta tiegħu għall-ħaddiema li jaħdmu f’dan id-Direttorat. Il-ftehim settorjali jipprovdi għal opportunitajiet aħjar ta’ progress fil-karriera lill-ħaddiema f’livelli differenti, isaħħaħ benefiċċji eżistenti u jintroduċi oħrajn ġodda li jirriflettu r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema tad-Direttorat. 

Is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol spjega kif dan il-ftehim settorjali huwa riżultat ta’ diskussjonijiet twal bejn il-ħaddiema, ir-rappreżentanti tagħhom u l-Industrial Relations Unit fi ħdan il-People and Standards Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.  

“Il-ftehim ser jissarraf f’titjib għall-ħaddiema tad-Direttorat filwaqt li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi oħra ta’ kwalità fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Din hija inizjattiva oħra li tirrifletti l-impenn tal-Gvern f’suġġett daqstant importanti bħal ma huwa l-użu għaqli tal-fondi nazzjonali u Ewropej,” qal is-Segretarju tal-Kabinett. 

L-iffirmar tal-ftehim ġie ppresedut mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana. Attendew ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joyce Cassar u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet Stefano Manicolo. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT Tisħiħ fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet permezz tal-ewwel ftehim settorjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow