Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET

pr230614
Date Icon 28/04/2023

Inwettqu Flimkien: B'investiment ta' €1 miljun, għat-tielet sena konsekuttiva studenti se jgawdu minn internet b'xejn għal sena waqt l-istudji post-sekondarji tagħhom

B'investiment ta' €1 miljun, madwar 3,200 student u studenta se jgawdu minn internet b'xejn għal sena. Din il-miżura se jgawdu minnha l-istudenti li huma eliġibbli għal stipendju, tal-iskejjel tal-gvern, dawk indipendenti u tal-knisja, Junior College u MCAST, li jkomplu immedjatament wara Sena 11 (Form 5) fl-istudji post-sekondarji tagħhom.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri.

L-għajnuna se tingħata f'forma ta' vawċers li se jibdew jitqassmu b'mod elettroniku fil-bidu ta' Mejju u jistgħu jibdew jissarfu min-nhar il-Ġimgħa 5 ta' Mejju u huma validi sal-15 ta' Awwissu 2023. Din is-sena ġiet estiża d-data tal-validità tal-vawċers b'xahar.

Il-Ministru Clifton Grima qal li f'dawn it-tliet snin kienu intitolati madwar 9,800 student u studenta għal dan il-vawċer, b'investiment ta' €3 miljun. “Din il-miżura hija biss waħda minn sensiela ta' miżuri li daħħalna, li jikkonfermaw l-impenn li għandu dan il-gvern biex jinkoraġġixxi l-istudenti jkomplu għaddejjin bl-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja. Qed naraw li mhux biss noħolqu l-opportunitajiet, imma li nkunu ta' spalla għall-istudenti, biex nagħtuhom appoġġ fl-aktar mument delikat ta' ħajjithom, meta jkunu qed jaħsbu għall-futur tagħhom," qal il-Ministru Grima.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Silvio Schembri qal li din il-miżura qed titħaddem b'sistema maħluqa mill-MIMCOL, fejn irringrazzjahom għas-sehem tagħhom fl-inizjattiva. “Dan huwa l-mod prattiku kif entitajiet varji, dipartimenti varji minn ministeri differenti naħdmu flimkien biex noħolqu miżuri għall-ġid taż-żgħażagħ u tal-familji tagħna. Illum l-internet huwa għodda essenzjali f'ħajjitna u indispensabbli anke fl-istudju, għalhekk se nkunu b'mod prattiku qed ngħinu lill-istudenti matul l-istudji post-sekondarji tagħhom," qal il-Ministru Silvio Schembri.

L-istudenti se jirċievu l-vawċer ta' €300 għall-internet b'xejn għal sena permezz ta' email li jissarraf għand wieħed mit-tliet fornituri ta' servizzi tal-internet fil-gżejjer Maltin (Epic, GO u Melita). Bil-vawċer l-istudenti jistgħu jixtru servizz tal-Internet għal 12-il xahar. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ġedded il-ftehim mat-tliet fornituri tas-servizzi tal-Internet biex jieħdu parti f'din l-inizjattiva u joffru l-aħjar pakkett ta' internet 'on-the-go' lill-istudenti. Madankollu l-istudenti jistgħu jagħżlu kwalunkwe skema tal-internet oħra li joffri l-fornitur tal-għażla tagħhom.

Għal iżjed informazzjoni wieħed jista' jċempel fuq 153 jew jibgħat email fuq internetvouchers.meyr@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow