Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta fuq quddiem nett biex tressaq proposti dwar is-settur agrikolu fuq livell Ewropew

PR230600
Date Icon 26/04/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo attenda għall-Kunsill tal-Ministri Ewropej tal-AgriFish fil-Lussemburgu. Fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa kien hemm bosta temi importanti u kurrenti, fosthom il-prezzijiet taċ-ċereali, il-bijoekonomija, il-Pjan Agrikolu Komuni (CAP) u l-“carbon farming".

Fl-intervent tiegħu, l-Ministru Anton Refalo saħaq li għandu jkun hemm proposti konkreti biex tiġi żgurata l-istabbiltà fis-suq tal-ikel madwar l-UE. Tenna wkoll li għandha tinstab soluzzjoni ħolistika fuq livell Ewropew, li tiżgura prezz stabbli tal-prodotti primarji  madwar l-UE. Dan ukoll fil-kuntest tas-solidarjetà li qed turi l-UE mal-Ukranja u tal-isfidi li qed jinħassu fis-settur agrikolu.

Meta kienet qed tiġi diskussa t-tema tal-bijoekonomija, il-Ministru nnota b'sodisfazzjoni kif il-konklużjonijiet ta' rapport fuq is-suġġett inkluda b'mod wiesa' l-fehmiet ewlenin ta' Malta, fosthom l-inkorporazzjoni ta' ktajjen tal-ikel eżistenti u l-ħtieġa li tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ikel.

“Il-bijoekonomija toffri diversi opportunitajiet għas-setturi agrikoli peress li dan il-kunċett jista' jnaqqas id-dipendenza tagħna fuq prodotti importati, kif ukoll jipprovdi diversi benefiċċji ambjentali f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari. L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-fertilizzanti u l-prodotti primarji, ikkawżata mill-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna, uriet kemm il-produzzjoni agrikola teħtieġ alternattivi oħra," żied jgħid il-Ministru Refalo.

Il-Ministri Ewropej iddiskutew ukoll l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-CAP. Hawnhekk Malta saħqet li huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-prijoritajiet qed jinbidlu biex jiġu indirizzati ċertu sfidi, bħas-sigurtà tal-ikel, id-disponibbiltà tal-fertilizzanti, l-inflazzjoni tal-ispejjeż operattivi, u fatturi oħra li kollha qed jaffettwaw direttament l-għajxien tal-bdiewa u operaturi oħra fis-settur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta fuq quddiem nett biex tressaq proposti dwar is-settur agrikolu fuq livell Ewropew
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow