Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Aktar siġar u pjanti għat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi

pr230599
Date Icon 26/04/2023

Proġett tal-Kunsill Lokali ffinanzjat minn Ambjent Malta u Project Green

Tfal li jattendu l-Iskola Primarja ta' Ħal Safi qed igawdu minn ambjent isbaħ b'aktar siġar u pjanti madwar il-klassijiet tagħhom hekk kif il-Kunsill Lokali lesta proġett ta' tisbiħ bl-għajnuna t' Ambjent Malta u Project Green.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima ħabbru t-tlestija ta' dan il-proġett waqt żjara lill-istudenti u l-għalliema ta' din l-iskola.

Din l-inizzjattiva ambjentali hija fost 11-il proġett f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex li qed jibbenefikaw mill-Urban Greening Scheme li nieda l-Ministeru għall-Ambjent, Enerġija u Intrapriża s-sena li għaddiet, b'investiment totali ta' €700,000 minn Ambjent Malta u Project Green. 

Permezz tal-proġett f'Ħal Safi, il-ġnien tal-Iskola Primarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu issa għandu 132 iktar siġar u pjanti indiġeni, fosthom bruka, ċipress, widnet il-baħar u deru. L-istudenti u l-għalliema ser ikomplu jieħdu ħsieb dan l-ispazju ħadrani bħala parti mill-programm edukattiv tagħhom. Fil-fatt, din iż-żona issa għandha tabelli b'tagħrif dwar is-siġar u l-pjanti fl-istess ġnien, biex it-tfal jitgħallmu aktar dwarhom. Il-proġett kien jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' sistema t'irrigazzjoni awtomatika biex is-siġar u l-pjanti jissaqqew skont il-bżonn.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif din l-iskema li bbenefikat minnha l-Iskola Primarja ta' Ħal Safi bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali hija waħda mill-inizjattivi tal-Gvern biex jinkoraġġixxi l-komunitajiet jinvestu f'ambjent isbaħ f'kull lokalità.

“Qed naħdmu id f'id ma' diversi Kunsilli Lokali, entitajiet governattivi u għaqdiet mhux governattivi biex nagħtu nifs ġdid lill-ġonna u l-ispazji ħodor li għandna madwarna, waqt li noħolqu oħrajn ġodda. Proġetti bħal dan fi skola primarja huma ferm aktar għal qalbna għaliex jgħinu biex ħafna tfal żgħar jersqu eqreb lejn in-natura," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Dalli ħeġġet lill-kunsilli lokali, skejjel u entitajiet u għaqdiet oħrajn biex ikomplu jwettqu proġetti ambjentali, anke permezz ta' diversi skemi tal-Gvern, għal ħajja aktar sostenibbli f'kull komunità.

Il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar l-importanza tal-ħidma li qed issir bejn ministeri u entitajiet differenti li qed tħalli ġid fis-sistema edukattiva. “Illum qed inżuru proġett ieħor li jmiss mal-importanza tal-ambjent fis-settur edukattiv. Qed inkomplu naħdmu biex mhux biss nirriġeneraw l-ispazji fl-iskejjel tagħna, imma qed nagħmlu dan bi ħsieb, biex insebbħu l-ambjent u biex inkabbru l-għarfien tal-importanza tal-ambjent ta' madwarna fl-istudenti tagħna. Huwa wkoll proġett hands-on għall-istudenti, li flimkien mal-edukaturi tagħhom se jieħdu ħsieb dan l-ispazju", qal il-Ministru Grima.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm il-Kap tal-Iskola Primarja ta' Ħal Safi Michelle Spiteri, il-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Steve Ellul u d-Direttur Ġenerali ta' Ambjent Malta Herman Galea, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi.

L-Urban Greening Scheme ta' Project Green u Ambjent Malta tinkludi diversi proġetti ambjentali f'għadd ta' lokalitajiet oħra, fosthom Għajnsielem, ir-Rabat (Malta), il-Ħamrun, Raħal Ġdid u ż-Żejtun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Aktar siġar u pjanti għat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Aktar siġar u pjanti għat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Aktar siġar u pjanti għat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: Aktar siġar u pjanti għat-tfal fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow