Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal tmien familji f’Ħal Kirkop

pr230595
Date Icon 26/04/2023

F'Ħal Kirkop, b'investiment ta' €1.3 miljun, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta' akkomodazzjoni soċjali ġdid.

Dan il-proġett, se jkun qiegħed jilqa' fih tmien familji, li għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta' allokazzjoni li ġiet imnedija fl-2021.

Il-Ministru Roderick Galdes qal li dan il-proġett huwa parti minn rivoluzzjoni soċjali fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali li bdiet fl-aħħar snin biex tkun assigurata kwalità ta' ħajja aħjar. Il-Ministru enfasizza li saqaf adegwat u diċenti huwa dritt li l-gvern, flimkien mal-Awtorità tad-Djar, se jkun qiegħed ikompli jaħdem qatigħ biex mhux biss jintlaħaq iżda jissaħħaħ.

“Din il-binja, se tkun qed tinbidel f'dar diċenti għal tmien familji, li se jkunu integrati bi sħiħ fil-qalba tal-komunità. L-għan tagħna mhuwiex biss li nibnu binjiet għall-akkomodazzjoni soċjali, iżda li dawn jingħataw lil dawk li verament qegħdin fil-bżonn u jintużaw biex nagħtuhom spinta għal ħajja ta' kwalità. Dan hu dak li nfissru meta bħala Gvern nitkellmu fuq ġustizzja soċjali," temm jgħid il-Ministru Roderick Galdes

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta' dan l-investiment kien hemm is-Sindku ta' Ħal Kirkop Terence Agius.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal tmien familji f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal tmien familji f’Ħal Kirkop
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow