Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-Jum tal-Commonwealth fir-Renju Unit

PR230385
Date Icon 14/03/2023

Matul il-jum tat-Tnejn 13 ta' Marzu 2023, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg attenda għall-kommemorazzjoni tal-Jum tal-Commonwealth li qed jiġi ċċelebrat f'Londra, fir-Renju Unit. Il-Ministru Ian Borg kien mistieden mill-Familja Rjali sabiex jattendi għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet f'isem il-Gvern Malti. Il-Jum tal-Commonwealth ta' din is-sena qiegħed ifakkar l-10 anniversarju minn meta r-Reġina Eliżabetta II kienet iffirmat il-Commonwealth Charter lura fl-2013.

Il-Ministru Borg kien preżenti għaċ-ċerimonja tat-tlugħ tal-bnadar tal-Commonwealth fil-Palazz ta' Westminster, fejn b'mod simboliku ttellgħet ukoll il-bandiera ta' Malta bħala waħda mis-56 stat li jagħmlu parti mill-grupp tal-Commonwealth. Aktar tard, flimkien mal-Kummissarju Għoli Malti Emmanuel Mallia, ipparteċipa f'ċerimonja ta' tqegħid ta' fjuri fil-Commonwealth Memorial Gates.

Flimkien ma' numru ta' Ministri għall-Affarijiet Barranin oħra, il-Ministru Ian Borg attenda wkoll għall-avveniment tal-Commonwealth Day Service f'Westminster Abbey u anke attività fil-Palazz ta' Buckingham.

Il-Ministru Borg tenna kif Malta hija impenjata li tkompli tkun stat attiv fil-Commonwealth, u jħares 'il quddiem għal-laqgħat importanti li hemm skedati fil-jiem li ġejjin relatati mat-tema ta' din is-sena, ta' futur ta' paċi u sostenibbiltà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-Jum tal-Commonwealth fir-Renju Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-Jum tal-Commonwealth fir-Renju Unit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg jattendi għall-Jum tal-Commonwealth fir-Renju Unit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow