Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Insaħħu l-għajnuna biex issir sid darek

pr230381
Date Icon 13/03/2023

Jiżdied l-ammont tas-self fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li l-gvern se jkun qiegħed jgħolli l-ammont tas-self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal-10% lill-first-time buyers.

Il-Ministru spjega li ż-żieda fl-ammont, li kienet ukoll wegħda elettorali, ifisser li se jkunu qed jgħollu d-depożitu massimu li lesta tkopri l-Awtorità tad-Djar minn €17,500 għal €22,500. Dan ifisser li l-first-time buyers li jibbenefikaw minn din l-għajnuna, issa se jkunu jistgħu jakkwistaw proprjetà li l-valur tagħha jista' jlaħħaq l-€225,000.

“It-tisħiħ ta' din l-iskema huwa eżempju ċar tal-viżjoni ta' dan il-gvern, dik li ħadd ma jitħalla jaqa' lura," sostna l-Ministru Galdes, filwaqt li enfasizza kif dan it-tisħiħ huwa xprunat mid-djalogu kontinwu maż-żgħażagħ u r-rieda li jwettqu flimkien il-ħolma li aktar nies isiru sidien tal-ewwel dar tagħhom.

Huwa tenna kif din l-iskema hija parti minn kullana wiesgħa ta' għajnuniet differenti li l-gvern qiegħed joffri biex aktar persuni jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u jsiru sidien ta' darhom, fosthom:

  • Eżenzjoni fuq it-taxxa tal-boll;
  • Għotja ta' €15,000 jekk il-proprjetà tkun fil-qalba ta' raħal f'Malta jew €30,000 jekk il-proprjetà tkun fuq il-qalba ta' raħal f'Għawdex;
  • Għotja ta' €10,000, b'pagament ta' €1,000 fis-sena fuq medda ta' 10 snin.

L-għan ta' din l-iskema, li tnediet fl-2020, hi li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq proprjetà, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta' 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju biex b'hekk isiru sidien ta' darhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li “l-ħidma tal-Awtorità tad-Djar ma tieqafx mal-introduzzjoni ta' skemi ġodda iżda konsistentament tibqa' tara kif dawn jibqgħu jissaħħu tul iż-żmien." Huwa saħaq li sal-lum, din l-iskema diġà għenet aktar minn 200 familja jsiru sidien ta' darhom, u permezz ta' dan it-tisħiħ se jibqgħu jippremjaw il-bżulija u jassiguraw li din l-iskema tkun kapaċi tilqa' għan-neċessitajiet tas-snin li ġejjin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Insaħħu l-għajnuna biex issir sid darek
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Insaħħu l-għajnuna biex issir sid darek
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow