STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Żjara ta’ kortesija minn-Nanniet Malta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
pr230368
10/03/2023
Id-Deputat Speaker David Agius irċieva żjara ta' kortesija mill-President ta' Nanniet Malta Philip Chircop.
Din iż-żjara ta' kortesija nżammet sabiex jiġi mfakkar id-disa' anniversarju minn meta l-Parlament Malti, b'vot unanimu proprju nhar it-12 ta' Marzu, kien iddikjara li t-tieni Ħadd t'Ottubru jkun iddedikat bhala “Jum in-Nanniet".
Id-Deputat Speaker faħħar il-ħidma ta' Nanniet Malta filwaqt li rringrazzja lin-nanniet tal-għajnuna li jagħtu lill-uliedhom fit-trobbija tan-neputijiet sabiex l-istess ġenituri jkunu jistgħu jkomplu jimirħu fil-ħajja tagħhom.
Other Press Releases:
PR261942en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261942