Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Malta Enterprise tospita taħriġ dwar is-sostenibbiltà għan-negozji

PR230364
Date Icon 09/03/2023

It-taħriġ ESG jiġbed l-interess ta' aktar minn 70 persuna fin-negozju

Aktar minn 70 persuna fin-negozju attendew taħriġ dwar l-Ambjent, Soċjali u dwar il-Governanza (ESG), organizzat mill-Malta Enterprise. L-għan ta' dan it-taħriġ kien li jrawwem għarfien speċjalizzat dwar prattiċi sostenibbli, li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għan-negozji lokali. Tul din l-attività l-parteċipanti kellhom iċ-ċans jsiru jafu aħjar kif jistgħu jibbenefikaw minn skemi varji li jistgħu jgħinuhom fl-investimenti meħtieġa.

It-taħriġ kien immexxi minn Dr Nigel Davies, espert fis-sostenibbiltà, b'aktar minn 30 sena ta' esperjenza. Dr Davies jaħdem ma' aktar minn 60 klijent fuq dan is-suġġett f'industriji differenti bħall-manifattura, il-films, it-teatru, l-iffurmar tal-plastik, l-agrikoltura, id-divertiment, u l-ospitalità.

Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jitgħallmu kif jintegraw metodi differenti biex inaqqsu l-emissjonijiet, jaddottaw il-kriterji tal-ESG, kif ukoll kif jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi li l-Malta Enterprise tamministra, fosthom Smart and Sustainable Scheme. Il-parteċipanti kellhom l-opportunità wkoll li jaraw kif jużaw l-ESG bħala għodda kummerċjali biex isiru aktar sostenibbli u fl-istess waqt iwasslu għal pajjiż dekarbonizzat sal-2050.

Waqt li kienet qed tindirizza t-taħriġ, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli ħeġġet lin-negozji biex joħorġu b'ideat u miżuri tal-ESG u jisfruttaw l-għajnuna mogħtija mingħand il-Malta Enterprise, sabiex jibdew it-triq tas-sostenibbiltà.

“Is-sostenibbiltà tmur lil hinn mill-iffrankar tal-karbonju, l-iffrankar tal-ilma jew it-tnaqqis tal-iskart. Is-sostenibbiltà tipprovdi lin-negozji b'metodi li jnaqqsu r-riskju fl-operat tagħhom, kif ukoll tipprovdi dehra ġdida li tkompli tippromwovi l-brand tal-kumpanija, u tista' tgħin ukoll biex jiksbu negozju ġdid. Huwa importanti li l-prattiċi użati min-negozji jkunu effettivi, bi pjan fit-tul u fejn l-impatt ambjentali jkun wieħed minimu," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Il-Malta Enterprise tospita taħriġ dwar is-sostenibbiltà għan-negozji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow