Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi l-Kunsill tal-Ministri tal-Intern fi Brussell

PR230363
Date Icon 09/03/2023

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri attenda għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Intern fi Brussell. Il-laqgħa ffukat fuq il-migrazzjoni u l-ażil, iż-żona Schengen u s-sigurtà interna. Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Camilleri ppreżenta l-pożizzjoni konġunta li ġiet maqbula waqt il-laqgħa tal-Med5, li saret f'Malta fit-3-4 ta' Marzu.

Id-dimensjoni esterna u interna tal-migrazzjoni kienu fuq ta' quddiem fl-aġenda. Waqt id-diskussjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil, il-Ministru Camilleri enfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi sabiex jiġu evitati t-tluq u l-wasliet irregolari billi jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni f'pajjiżi terzi;  jiġu sfaxxati n-networks tal-kuntrabandu; u l-pajjiżi ewlenin jiġu pprovduti bir-riżorsi u l-assistenza meħtieġa fir-rigward tas-sorveljanza tal-fruntieri u l-capacity building. Sforzi bħal dawn, qal il-Ministru Camilleri, jgħinu wkoll biex jiġu evitati sitwazzjonijiet li jwasslu għal telf ta' ħajjiet fil-baħar, bħat-traġedja li ġrat fil-kosta tal-Kalabrija.

Il-Ministru Camilleri saħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jintbagħat messaġġ qawwi li l-abbuż tas-sistema permezz ta' mogħdijiet irregolari ma jsarraf xejn, u li kommessi fil-ġlieda tagħna kontra l-kuntrabandu tal-migranti.

Dwar id-dimensjoni interna, il-Ministru Camilleri enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm sistema ġusta u li taħdem, u appella għal darb'oħra għal mekkaniżmu ta' solidarjetà permanenti u obbligatorju li jaħdem fil-prattika, u li effettivament itaffi l-piż fuq l-istati membri l-aktar milquta mill-flussi. Il-Ministru Camilleri saħaq fuq l-importanza li jkollna sistema ta' ritorn effettiva, li tibqa' waħda mill-pilastri ewlenin għal politika ta' migrazzjoni soda u kredibbli, għax mingħajrha s-sistema interna ma tiffunzjonax.

Waqt il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-istat ġenerali taż-Żona Schengen bil-ħsieb li jkun hemm politika tal-viża aktar robusta. Il-Ministri ddiskutew ukoll l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna b'enfasi fuq aspetti ta' sigurtà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi l-Kunsill tal-Ministri tal-Intern fi Brussell
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi l-Kunsill tal-Ministri tal-Intern fi Brussell
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow