Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Implimentat servizz ta’ Case Managment favur kura aħjar lir-residenti fil-komunità

PR230362
Date Icon 09/03/2023

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) ser tibda timplimenta servizz ta' Case Management bil-għan li jiġi pprovdut aktar appoġġ lil persuni li jgħixu fil-komunità. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attenda l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Permezz ta' dan is-servizz se jkun hemm tnaqqis fl-ammont ta' persuni li jiddaħħlu l-isptar jew fi djar residenzjali. Ġie spjegat li dan is-servizz se jinkludi Case Manager li se jkun qed jikkoordina u jipprovdi kura ffukata fuq il-bżonnijiet tal-klijent fil-komunità. Dan billi anke jassisti lill-klijent biex jibbenefika minn servizzi oħra, bħas-servizzi tar-Respite, kif ukoll minn servizzi pprovduti minn entitajiet oħra bħad-Dipartiment tal-Kura Primarja.

Ġie spjegat ukoll li persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom u għandhom mard kroniku u kundizzjonijiet kumplessi; persuni li qed jesperjenzaw diffikultà sabiex ikampaw mal-kundizzjoni tagħhom; persuni li qegħdin jiddaħħlu l-isptar ta' sikwit; fost oħrajn, se jkunu eliġibbli għas-servizz ta' Case Manager.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela sostna l-importanza ta' dan is-servizz li se jkompli jassigura l-aqwa kura fil-komunità. Huwa rrimarka wkoll li każijiet kumplessi li jaqgħu taħt il-kriterji msemmija, jiġu diskussi bejn il-maniġment u l-professjonist, sabiex jinbeda servizz ta' Case Management fuq il-każ, wara li jitwettaq l-ewwel assessjar fid-dar tal-klijent. Il-professjonist flimkien mal-klijent u l-familja, jagħmlu pjan ta' kura sabiex tiġi ppjanata l-assistenza meħtieġa.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-AACC Dr Renzo De Gabriele spjega li tobba u/jew professjonisti jistgħu jirreferu klijenti li jeħtieġu valutazzjoni ħolistika fil-komunità mit-tim tal-CommCare permezz tal-applikazzjoni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u jimmarkaw “Domiciliary Nursing" jew inkella billi jċemplu fuq 22589393.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Implimentat servizz ta’ Case Managment favur kura aħjar lir-residenti fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Implimentat servizz ta’ Case Managment favur kura aħjar lir-residenti fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vulnerabbiltajiet klimatiċi ta’ Malta u r-rwol tal-parlamenti waqt laqgħa parlamentari tal-IPU marbuta mal-COP31 fit-Turkija

PR261942

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra jisħaq fuq il-vu...

More Press Releases Right arrow