Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta

PR230359
Date Icon 09/03/2023

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta' Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff, ippreżentat l-Ittri ta' Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz tal-Gran Mastru, fil-Belt Valletta.

Il-President laqa' r-relazzjonijiet tajbin ħafna bejn Malta u Kuba minkejja d-distanza ġeografika li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Żied jgħid li hemm potenzjal kbir biex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni bħas-saħħa, il-kummerċ, il-kultura u l-kuntatti bejn il-popli. Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kooperazzjoni tista' tkompli permezz ta' entitajiet bħall-IMLI, l-ITS u l-UOM. Il-President Vella enfasizza l-appoġġ ta' Malta għar-relazzjonijiet li ilhom għal żmien twil bejn l-UE u Kuba, fejn il-laqgħat ta' djalogu politiku ta' livell għoli bdew fl-2008, b'mod parallel mal-programmazzjoni tal-ewwel Strateġija ta' Kooperazzjoni Bilaterali bejn l-UE u Kuba.

L-Ambaxxatriċi Mirta Aurora Granda Averhoff tat ħarsa ġenerali tal-impatt li għad għandu l-embargo fuq Kuba, b'mod speċjali fis-settur finanzjarju u dak bankarju. Minkejja d-diffikultajiet, l-awtoritajiet Kubani huma lesti li jistabbilixxu relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien. L-ambaxxatriċi spjegat li l-ekonomija żviluppat minn waħda bbażata fuq l-esportazzjoni għal waħda bbażata fuq is-servizzi u tistrieħ fuq it-turiżmu, is-servizzi tas-saħħa u t-teknoloġija bijomedika.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Kuba Mirta Aurora Granda Averhoff tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow