Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imwaqqaf kumitat tekniku bil-għan li ssir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders

pr230347
Date Icon 07/03/2023

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul ħabbar li qed jitwaqqaf kumitat ta' esperti sabiex issir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders (WROs). Id-WROs jinkludu diversi liġijiet differenti li jirregolaw setturi speċifiċi tax-xogħol. Il-kumitat tekniku ser ikun qiegħed janalizzahom u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu indirizzati anomaliji u b'hekk tinħoloq uniformità fil-liġi tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamenti Andy Ellul semma kif preżentament jeżistu numru ta' diskrepanzi fil-WROs, fosthom fin-numru ta' sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa u fuq in-numru ta' ġranet relatati mas-sick leave u l-vacation leave. Huwa tenna li din ir-reviżjoni ser tkun qed issir b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

“Permezz ta' din l-inizjattiva mhux biss ser tiġi mwettqa miżura elettorali oħra, iżda ser ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema filwaqt li tinħoloq ċertezza legali," stqarr is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Il-kumitat tekniku huwa magħmul minn dawn l-esperti dwar il-liġi tax-xogħol:

Chairperson: Dr Christine Calleja LL.M., LL.D

Deputat Chairperson (ex-officio): Diane Vella Muscat, Direttur Ġeneral Tad-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER)

Membru: Dr Roselyn Borg Knight, Chairperson tal-Employment Relations Board (ERB)

Membru: Dr Matthew Brincat LL.M., LL.D

Membru: Mr Roberto Cristiano

Membru:  Dr Cory Greenland

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imwaqqaf kumitat tekniku bil-għan li ssir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Imwaqqaf kumitat tekniku bil-għan li ssir reviżjoni tal-Wage Regulation Orders
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow