Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment f’erba’ magni tal-ECG favur aktar servizzi lill-anzjani

PR230340
Date Icon 06/03/2023

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kompliet tespandi s-servizzi li jingħataw lill-anzjani fid-Djar Residenzjali tal-Gvern permezz ta' investiment f'erba' magni tal-ECG. Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fejn sostna li b'hekk aktar anzjani se jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-Electrocardiogram, servizz li huwa kruċjali fl-evalwazzjoni u d-dijanjosi tal-mard tal-qalb.

Ġie spjegat li dan it-test se jingħata darba fis-sena lil kull resident fid-djar residenzjali tal-Gvern. It-tagħmir ser jintuża bħala għodda ta' screening ta' ċertu kundizzjonijiet tal-qalb kif ukoll sabiex tinħareġ dijanjosi tal-kundizzjonijiet mingħajr il-ħtieġa li l-anzjani jintbagħtu l-isptar Mater Dei. Il-ministru tenna li dan it-tagħmir ġdid se jikkumplimenta l-kampanja li tnediet ftit tax-xhur ilu 'Say No to Stroke' – 'Ngħidu Le għall-Puplesija', biex b'hekk jinqabdu aktar kundizzjonijiet tal-qalb u jiġu trattati fil-ħin.

“Il-Gvern kommess li jkompli jtejjeb il-kura preventiva kif ukoll il-kura paljattiva fid-djar tal-anzjani. Dan l-investiment li qed inħabbru llum ser jgħin biex inkunu nistgħu nidjanjostikaw kundizzjonijiet tal-qalb li jżidu riskju għall-puplesija u b'hekk innaqqsu r-rata ta' diżabilità fir-resident," stqarr il-Ministru Abela.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll kif is-servizz ta' kura paljattiva ġie estiż għad-Dar Residenzjali tal-Mellieħa. Dan wara li dan is-servizz beda jingħata bħala parti minn proġett pilota fid-Dar Residenzjali tal-Imtarfa fil-bidu tal-2022, sabiex aktar tard tul is-sena ġie estiż fid-djar residenzjali tal-Mosta u l-Furjana.

Ġie spjegat li l-kura paljattiva tingħata lir-resident li jkun qed ibati minn xi kundizzjoni kronika u wasal fl-aħħar stadji ta' ħajtu, bil-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti f'kull stadju tal-proċess tal-marda, mid-dijanjosi 'l quddiem, filwaqt li tappoġġja wkoll lill-familji tagħhom.

“Min-naħa ta' kura paljattiva, il-Gvern ser ikompli jinvesti f'edukazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema tagħna bl-għan li ntejbu l-kwalità tal-ħajja lil dawk l-anzjani li jkollhom bżonn din il-kura fl-aħħar ta' ħajjithom," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment f’erba’ magni tal-ECG favur aktar servizzi lill-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment f’erba’ magni tal-ECG favur aktar servizzi lill-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow