AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, kif ukoll iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalment fih oġġett estranju (frammenti tal-ħġieġ).
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Fażola (fagioli al fiasco) ġo vażett tal-ħġieġ |
| Dittà: | naturaSi |
| Data tad-durabbilità: | 28/03/2025 |
| Użin: | 300g |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Fażola (fagioli al fiasco) ġo vażett tal-ħġieġ |
| Dittà: | naturaSi |
| Data tad-durabbilità: | 28/03/2025 |
| Użin: | 300g |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en