Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej ġmielu l-proġett ta’ restawr fuq is-swar u l-bieb ta’ Notre Dame, b’investiment ta’ €850,000

pr230326
Date Icon 03/03/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u Gvern Lokali Owen Bonnici, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru n-Notre Dame Gate u s-swar ta' Notre Dame fil-Kottonera, fejn għaddej xogħol ta' restawr. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru b'investiment ta' €850,000, taħt id-direzzjoni tad-Direttorat tar-Restawr.

Il-Ministru Owen Bonnici stqarr li Notre Dame Gate hija l-ogħla punt fiż-żona. “Mis-saqaf tiegħu, wieħed jista' jgawdi veduti mill-isbaħ tal-biċċa l-kbira ta' pajjiżna u japprezza l-importanza strateġika li kellha sabiex jintbagħtu sinjali militari," enfasizza l-Ministru Bonnici.

Huwa kompla jgħid li l-għan tar-restawr huwa li jiġi vvalutat il-wirt storiku taż-żona. “Postijiet storiċi li jinsabu fl-irħula u l-ibliet rispettivi huma imprezzabbli għall-komunitajiet, u dan ir-restawr ikompli jissalvagwardja dawk l-aspetti importanti tal-wirt tagħna," qal il-ministru.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom sabiex isir xogħol ta' restawr fuq dawn iż-żewġ postijiet storiċi. “Inħeġġeġ lill-kunsilli lokali sabiex jidentifikaw u jressqu 'l quddiem postijiet storiċi li għandhom fil-lokalitajiet tagħhom li jirrikjedu xogħol ta' restawr, sabiex inkomplu nippreservaw il-wirt kulturali tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri," saħqet Zerafa Civelli.

Ix-xogħol ta' restawr fuq Notre Dame Gate beda fl-aħħar ta' Mejju 2022 u mistenni jitlesta sal-aħħar ta' April 2023. Filwaqt li x-xogħol fuq is-swar u l-istrutturi anċillari beda f'Ottubru 2022u mistenni jitlesta sal-aħħar ta' Novembru 2023.

Il-Perit Daphne Fenech, li hija responsabbli għax-xogħol li qed isir fuq is-Sur ta' Notre Dame, qalet li l-maġġorparti tax-xogħol ta' restawr li għaddej tul din il-medda ta' fortifikazzjonijiet huwa ta' natura strutturali. Hija spjegat li l-'casemates' li jħarsu lejn il-Birgu kienu ġarrbu ħsarat sinifikanti u dan wassal għal  deterjorazzjoni sinifikanti fil-gebel tul il-ġenb li jagħti fuq Ħaż-Żabbar, li kkomprometta l-integrità strutturali tas-swar, u għaldaqstant ix-xogħlijiet attwali huma ffukati biex tiġi żgurata s-sigurtà.

Hija kompliet tispjega li x-xogħol li jmiss se jinvolvi r-rikostruzzjoni tal-casemates fejn se jintuża xogħol iddisinjat apposta biex jippreserva kemm jista' jkun l-istruttura oriġinali filwaqt li tinbena mill-ġdid is-sezzjoni nieqsa.

Il-Perit Timothy Portelli,  li huwa responsabbli għax-xogħol li qed isir fuq Notre Dame Gate, spjega li x-xogħol ta' restawr jinkludi l-faċċati esterni tal-parti ta' fuq tal-bieb, kif ukoll konsolidazzjoni strutturali ta' travi interni tal-injam. Se jiġi restawrat ukoll it-trophy of arms madwar il-bust, kif ukoll l-aperturi kollha tal-injam. Barra minn hekk, se jsiru xogħlijiet ta' waterproofing fuq is-saqaf.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej ġmielu l-proġett ta’ restawr fuq is-swar u l-bieb ta’ Notre Dame, b’investiment ta’ €850,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej ġmielu l-proġett ta’ restawr fuq is-swar u l-bieb ta’ Notre Dame, b’investiment ta’ €850,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej ġmielu l-proġett ta’ restawr fuq is-swar u l-bieb ta’ Notre Dame, b’investiment ta’ €850,000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow