Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati finali u allokazzjoni ta’ sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali - Stock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2023

pr230325
Date Icon 03/03/2023

B'referenza għall-Istqarrija għall-Istampa Nr. 230295 ippubblikata fl-24 ta' Frar 2023, id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati finali li jinkludu l-allokazzjoni tas-sottoskrizzjoijiet minn investituri mhux professjonali f'kull stock.

F'dan il-ħruġ, it-Teżor irċieva is-somma totali nominali ta' €415,679,500 minn investituri mhux professjonali (retail) u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €200,000,000 soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €150,000,000.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)

Sad-data tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 22 ta' Frar 2023, it-Teżor irċieva 6,302 applikazzjoni mill-membri tal-pubbliku fiż-żewġ Stocks tal-Gvern ta' Malta li jammontaw għal €179,179,500. Kif tħabbar nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, dawn l-applikazzjonijiet li saru taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar minn qabel ġew aċċettati kollha.

It-dettalji tal-applikazzjonijiet milqugħa u l-ammont aċċettat f'kull stock hu kif jidher hawn taħt:

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €101.253,71987,927,200
4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)2,58391,252,300
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)6,302179,179,500

Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq f'nofsinhar tal-Ġimgħa l-24 ta' Frar 2023, it-Teżor irċieva 49 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €236,500,000 li ġew allokati kif ġej: 

Deskrizzjoni tal-iStockNumru ta' ApplikazzjonijietAllokazzjoni Nominali (€)
3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) offrut lill-investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €101.253,71987,927,200
4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) offrut lill- investituri mhux professjonali bil-prezz ta' €100.00 (par)2,58391,252,300
Total ta' sottoskrizzjonijiet minn investituri mhux professjonali (retail)6,302179,179,500

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow