Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR L-Irlanda tfaħħar lil Malta għall-ħidma fis-settur tad-diżabilità

pr230323
Date Icon 03/03/2023

L-Istrateġija Nazzjonali Maltija dwar l-Awtiżmu kienet deskritta bħala mudell tajjeb li l-Irlanda qed tħares lejh fit-tfassil tagħha għal strateġija simili. Fl-istess waqt, fil-jum internazzjonali tas-smigħ, Malta kompliet timbotta l-importanza li aktar pajjiżi jinvestu fi proġetti simili bħal dak tal-Hearing Care Campaign, biex ikunu evitati diżabbiltajiet marbuta mas-smigħ.

Dan ħareġ waqt laqgħa bilaterali li saret bejn il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u l-Ministru Irlandiż responsabbli mit-Tfal, Ugwaljanza, Diżabbiltà, Integrazzjoni u Żgħażagħ Roderic O'Gorman u mal-Ministru tal-Istat fuq Diżabbiltà Anne Rabbitte.

Matul din il-laqgħa ġiet diskussa l-kooperazzjoni bejn il-Gvern Malti u dak Irlandiż dwar suġġetti relatati mal-inklużjoni u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.

Il-Ministru Farrugia Portelli ddeskriviet din il-laqgħa bilaterali bħala waħda pożittiva u ta' motivazzjoni għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi b'mod speċjali fil-qasam tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità. Matul din il-laqgħa l-Ministru Farrugia Portelli tkellmet fuq il-ħidma li qed tagħmel Malta dwar il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u enfasizzat il-prijoritajiet tal-Gvern Malti f'dan is-settur.

Iż-żewġ pajjiżi qablu li jaqsmu l-aħjar prattiċi fosthom dwar teknoloġija assistiva fis-settur tad-diżabilità.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern Malti biex aktar persuni b'diżabilità jkollhom sehem attiv fid-dinja tax-xogħol fosthom bil-proġett Way to Work, kif ukoll l-iskema New Hope li permezz tagħha l-Gvern qed jidħol hu bħala guarantor  meta kumpaniji tal-assikurazzjoni ma joħorġux polza ta' assikurazzjoni biex persuna b'diżabilità ssir sid ta' darha.

Suġġetti oħra diskussi kienu r-riforma fuq il-Blue Badge kif ukoll riforma li daħħal il-Gvern fl-2017 biex żgħażagħ ta' 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Permanenti Nancy Caruana u mill-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju Mauro Pace Parascandalo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR L-Irlanda tfaħħar lil Malta għall-ħidma fis-settur tad-diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow