Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA - Malta se tospita l-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran

PR230320
Date Icon 02/03/2023

Fi tmiem din il-ġimgħa, pajjiżna se jkun qed jospita l-Ministri tal-Intern u l-Immigrazzjoni ta' Ċipru, il-Greċja, l-Italja u Spanja sabiex jiddiskutu pożizzjoni komuni bejniethom dwar l-iimmigrazzjoni, ftit jiem qabel il-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Intern, sabiex il-ħames pajjiżi jmorru b'pożizzjoni waħda għal-laqgħa tal-Kunsill.

Għal din il-laqgħa, imsejħa bħala l-MED5, ġiet mistiedna wkoll il-Ministru għall-Immigrazzjoni Svediża f'isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll id-Direttur Eżekuttiv il-ġdid tal-Aġenzija FRONTEX.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal li, “Din hija opportunità tad-deheb għal Malta sabiex tkompli tkun leader f'dan il-qasam, u tilħaq ftehim sabiex il-pajjiżi kollha tal-MED5 ikollhom l-istess pożizzjoni quddiem il-Kunsill tal-Ministri fil-jiem li ġejjin. Malta, flimkien mal-pajjiżi tal-Mediterran, ser tkompli tisħaq għal politika li tiġġieled it-traffikanti tal-bnedmin u li sussegwentament tnaqqas l-imwiet fuq il-baħar, u għal politika aktar ġusta li tiżgura li tingħata protezzjoni lil minn verament ħaqqu, filwaqt li nies li ma għandhomx dritt joqgħodu fl-Unjoni jiġu rritornati lura lejn pajjiżhom."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA - Malta se tospita l-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni tal-pajjiżi tal-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow