Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda

pr230316
Date Icon 01/03/2023

Il-President ta' Malta, George Vella, kellu taħditiet mal-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins, f'Áras an Uachtaráin, ir-residenza uffiċjali u l-uffiċċju tal-President tal-Irlanda, fil-bidu ta' Żjara Statali ta' tlett ijiem fl-Irlanda.

Matul il-laqgħa bilaterali, il-President Vella u l-President Higgins iddiskutew, fost l-oħrajn, ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi u oqsma għal kooperazzjoni fil-futur. Enfasizzaw ukoll il-prijoritajiet ta' Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, in-newtralità, it-tibdil fil-klima u l-aħħar żviluppi fil-gwerra fl-Ukrajna, il-Mediterran, l-Afrika, il-migrazzjoni kif ukoll is-sigurtà tal-ikel.

Wara l-laqgħa mal-President Vella, il-President ta' Malta ħawwel siġra tal-ballut Irlandiż fil-ġonna ta' Áras an Uachtaráin u, flimkien mas-Sinjura Vella, daqq il-Qanpiena tal-Paċi, li tissimbolizza l-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Aktar tard poġġa kuruna tal-fjuri fil-Garden of Remembrance f'Parnell Square ddedikat lill-memorja ta' dawk li taw ħajjithom għall-ħelsien tal-Irlanda.

F'Dublin, il-President Vella kellu laqgħa separata mal-Prim Ministru Leo Varadkar. Id-diskussjoni bejn il-President Vella u l-Prim Ministru Varadkar ukoll iffukat fuq is-similaritajiet bejn iż-żewġ pajjiżi, it-tibdil fil-klima, l-Afrika, u l-gwerra u l-paċi fl-Ukrajna. Wara, żar l-Assemblea u s-Senat.

Il-President ta' Malta huwa akkumpanjat mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella u l-President Higgins jikkonfermaw ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti bejn Malta u l-Irlanda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow