Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura | USB Charger: Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)

pr230309
Date Icon 01/03/2023

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-periklu assoċjat mal-USB charger “Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)" bin-numru tal-mudell EP-TA800. Il-USB charger falla diversi testijiet u anke ħa n-nar waqt l-ittestjar.

Dan il-USB charger qiegħed jiġi msejjaħ lura peress li dan ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx u l-istandards Ewropej applikabbli, u joħloq riskju serju għall-konsumaturi.

Minħabba f'hekk, l-MCCAA ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-konsumaturi li jkunu xtraw dan il-prodott għandhom joqogħdu lura milli jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh. Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, liema rimedju jista' jieħu l-forma ta' sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b'wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura | USB Charger: Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura | USB Charger: Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura | USB Charger: Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura | USB Charger: Super Fast Charger / Travel Adapter (25W PD Adapter USB-C)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow