STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Frar 2023
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta ta' Frar 2023. It-Teżor irċieva is-somma totali nominali ta' ftit anqas minn €416 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €200 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €150 miljun.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa it-22 ta' Frar 2023, il-valur totali tal-applikazzjonijiet magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' ftit anqas minn mill-valur nominali ta' €179.5 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet se jintlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu iċċertifikati li kienu konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
It-Teżor se jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €200 miljun sa massimu ta' €150 miljun oħra, sabiex l-ammont totali li se jiġi allokat jitla' sa massimu ta' €350 miljun.
Għaldaqstant, it-Teżor se jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:
Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa l-24 ta' Frar 2023, it-Teżor irċieva 49 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €236.50 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-iStock | Nr. | Ammont Nominali (€) | Nr. | Ammont Nominali (€) |
| 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) | 43 | 200,500,000 | 37 | 155,500,000 |
| 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) | 6 | 36,000,000 | 3 | 14,500,000 |
| Total | 49 | 236,500,000 | 40 | 170,000,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en