Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

pr230285
Date Icon 23/02/2023

Ippubblikati l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta tal-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia dwar x'kienet ir-responsabbiltà ta' kull entità kkonċernata b'rabta mal-qtil ta' Bernice Cassar

“Ir-rakkomandazzjonijiet li jsaħħu s-sistemi attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika bdew jitwettqu u se jkomplu jkunu sostnuti" – il-Ministri Jonathan Attard u Byron Camilleri

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ħabbru l-konklużjonijiet, rakkomandazzjonijiet u l-punti saljenti li joħorġu mill-Inkjesta tal-Imħallef Irtirat Geoffrey Valencia dwar x'kienet ir-responsabbiltà ta' kull awtorità kkonċernata b'rabta mal-qtil ta' Bernice Cassar, fit-22 ta' Novembru 2022. L-inkjesta kellha tistabbilixxi jekk kienx hemm xi nuqqas minn xi entità u għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

Il-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet flimkien mal-parir tal-Imħallef Valencia fir-rigward tal-ippubblikar huma mehmuża ma' din l-istqarrija.

Il-Ministri daħlu fuq kull rakomandazzjoni li saret mill-Imħallef Emeritu Valencia billi spjegaw x'sar u x'qiegħed isir biex ikunu ndirizzati l-konkluzzjonijiet li wasal għalihom l-Imħallef Emeritu, ewlenin fosthom iż-żieda fil-work load u n-nuqqas ta' rizorsi.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li ż-żieda addizzjonali riċenti ta' 2 maġistrati se tippermetti li l-Qorti titrippla l-ammont ta' seduti li jitrattaw kawzi ta' Vjolenza Domestika, b'tali mod li l-kawzi jkunu appuntati fi żmien aktar raġjonevoli. Dan se jsir billi hemm Maġistrat iffukata totalament fuq Vjolenza Domestika u Maġistrat ieħor li tisma' kazijiet u anke kumpilazzjonijiet fejn l-akkuza tkun marbuta ma' vjolenza domestika.

Il-Ministru għall-Ġustizzja tenna li dan kollu kien ikkumplimentat minn investiment u xogħol infrastrutturali, li tinkludi fost l-oħrajn il-ħolqien ta' Awla oħra disponibbli għall-ġudikatura fil-bini tal-Qorti tal-Familja.

L-Imħallef irrakomanda li għandu jkun hemm ukoll taħriġ fis-settur. Minn dan il-att, il-Ministru ta' rendikont tat-taħrieġ provdut matul is-sena li għaddiet u lt-taħriġ skedat għal din is-sena, huwa qal ukoll li dan it-taħriġ se jiġi estiż għal professjonisti oħrajn involuta fil-proċess, bħal m'huma l-Avukati tat-tfal.

Rakomandazzjoni valida oħra li saret mill-Imħallef Emeritu Valencia, kienet dik dwar id-definizzjoni legali ta' vjolenza domestika, b'mod partikolari x'jikostitwixxi family u domestic unit. Dan fid-dawl tal-fatt li llum il-liġi tkopri wkoll sitwazzjonijiet li mhux neċessarjament jitqiesu bħala domestic violence, bħal tilwim bejn inkwilini li ma jkunu f'relazzjoni imma sempliċiment qed jaqsmu kirja.

Il-Ministru Jonathan Attard saħaq kif se jkun hemm konsultazzjoni mal-istakeholders direttament involuti fis-settur biex ikun asssigurat li l-emendi jwasslu biex dawn it-tip ta' rapporti ikunu distinti minn rapporti li jaqgħu verament taħt dak li hu vjolenza domestika.

L-Imħallef għamel osservazzjoni ukoll fuq il-ħtieġa ta' aktar koordinazzjoni bejn il-Qorti tal-Maġistrati u l-Qorti tal-Familja, bil-Ministru Attard jgħid li qed tkun evalwata riforma ntiża biex il-Qorti tal-Familja ma tibqax sezzjoni fi ħdan il-Qorti Ċivili, imma ssir Qorti speċjalizzata li fost l-oħrajn tippermetti li Ġudikant jitratta u jkollu konjizzjoni tal-aspetti Ċivili u dawk ta' Vjolenza Domestika f'kuntest ta' tilwim familjari.

Wara li fl-2020 twaqqaf il-il-Gender-Based & Domestic Violence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fuq parir ta' esperti fis-settur u anke l-GREVIO, ir-riżors uman żdied għal 44 uffiċjal u dan ir-riżors jeħtieġ li jikber għal 60 uffiċjal. Il-Ministru Camilleri qal li l-pass li jmiss huwa li dan il-unit ma jibqax iċċentralizzat fid-Depot tal-Pulizija, iżda beda x-xogħol biex l-għassa ta' Santa Luċija tkun ikkonvertita fl-ewwel hub għall-vittmi ta' vjolenza domestika, liema hubs se jkollhom il-presenza ta' social workers.

Ġie identifikat post ieħor fl-Imisda biex iservi bħala t-tieni hub ta' din ix-xorta. L-għan huwa li l-vittmi jkunu assistiti ġewwa l-hubs, 'il bogħod mill-aggressuri li se jibqgħu jiġu interogati fid-depot tal-Pulizija.

L-inkjesta tisħaq għal multi-agency approach.  Għaldaqstant, ġie deċiż li jibda jitħaddem il-MARAM (Multi-Agency Risk Assessment and Management Framework), liema koordinazzjoni ser issir mill-Aġenzija Appoġġ. Dan il-qafas għandu l-iskop li jassisti l-vittmu b'riskju għoli li jaffaċjaw inċidenti u dan permezz ta' kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet. Bl-istess ħsieb ta' multi-agency approach għandhom ikunu mistħarrġa r-rakkomandazzjonijiet dwar sistema ta' triage u t-tip  ta' risk assessment magħmul mis-social workers.

Fil-korp tal-Pulizija se jkunu kkomunikati SOP's (Standard Operating Procedures) bi gwida lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija dwar first response uverifiċi dwar Temporary Protection Orders u Protection Orders.

Dwar il-proposta ta' moniteraġġ elettroniku, il-Ministru Camilleri fakkar li quddiem il-Parlament diġà hemm abbozz ta' liġi li jipprovdi l-qafas legali għall-użu tal-moniteraġġ elettroniku. Fuq dan il-punt, Dr Camilleri ħabbar li ħatar lil Professur Joe Canataci sabiex jipprepara qafas u emendi sabiex jiġu intavolati fi stadju ta' Kumitat tal-abbozzi fejn vittma jew possibilment vittma tkun tista' titlob minn jedda illi tkun tagged, sabiex tassigura li tkun infurmata jekk persuna oħra li tkun tagged b'ordni tal-Qorti, tersaq viċin tagħha.

Fl-aħħar ġimgħat quddiem il-Parlament ġie mressaq abbozz ta' liġi li jintroduċi servizz ta' domestic violence prevention system fil-Victim Support Agency. Permezz ta' dan is-servizz, persuni f'riskju potenzjali, ikollhom dritt għall-informazzjoni jekk persuni li magħhom ikollhom relazzjoni kinux instabu ħatja ta' vjolenza domestika.

L-inkjesta tisħaq għall-edukazzjoni kontinwa kontra l-vjolenza domestika. Għal dan l-għan ġie allokat fond ta' miljun ewro fuq sentejn minn fondi tal-Aġenzija LESA sabiex jintużaw għal edukazzjoni u kampanji ta' għarfien, inkluż bi sħab ma' entitajiet u għaqdiet oħrajn.

pr230285a.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow