Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Rumanija Gabriela Dancau tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta

PR230279
Date Icon 23/02/2023

L-Ambaxxatriċi tar-Rumanija Gabriela Dancau ppreżentat l-Ittri ta' Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta.

Waqt iċ-ċerimonja, l-Ambaxxatriċi fakkret fid-dettall ir-rabtiet storiċi, kulturali u artistiċi b'saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi. Irreferiet ukoll għall-komunità Rumena f'Malta u enfasizzat is-sodisfazzjon tagħhom li jistgħu jikkontribwixxu għall-inizjattivi ekonomiċi u l-attivitajiet soċjali ta' Malta. L-Ambaxxatriċi tkellmet dwar ir-rapporti pożittivi li qasmu magħha n-negozji u l-imprendituri Rumeni dwar il-potenzjal bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-President Vella semma l-iżviluppi fil-qrib tar-Rumanija, l-aktar b'riżultat tal-gwerra fl-Ukrajna. Il-Moldova ssemmiet b'mod speċifiku fid-dawl tal-insigurtà li kibret fl-aħħar ftit jiem. Fir-rigward tal-Ukrajna, l-Ambaxxatriċi spjegat kif ir-Rumanija ilha pajjiż espost sa mill-ewwel jum tal-kunflitt, b'impatti severi ta' natura ekonomika u fuq is-sigurtà. Kważi 3.6 miljun refuġjat Ukren qasmu l-fruntiera sa mill-bidu tal-gwerra sena ilu u għadha qiegħda tikkoopera fil-kunsinna ta' konvojs umanitarji.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Rumanija Gabriela Dancau tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Rumanija Gabriela Dancau tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatriċi tar-Rumanija Gabriela Dancau tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow