STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Prezzijiet tal-MGSs b’Rata ta’ Mgħax Fissa għall-Investituri Retail – Ħruġ Frar 2023
PR230256
16/02/2023
B'referenza għall-Istqarrija Nru. 177 ta' nhar il-Ħamis, id-9 ta' Frar 2023, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
(i) 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VI) bi prezz ta' €101.25 b'YTMta' 3.2434%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.2697%, u
(ii) 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2043 (I) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 3.9996%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal4.0396%.
L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
Applikazzjonijiet:
- mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu t-Tnejn, l-20 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, it-22 ta' Frar 2023; u
- mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-24 ta' Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nosinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u provdituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, is-17 ta' Frar 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en