Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ser tospita l-IPF Powerlifting World Championships f’Ġunju li ġej

PR230248
Date Icon 15/02/2023

Malta ser tospita l-IPF Powerlifting World Championships f'Ġunju li ġej. Dan l-avveniment mondjali sportiv ser ikun qiegħed jara f'pajjiżna l-wasla ta' 500 atleta ġejjin minn 60 pajjiż differenti. 

It-timijiet prinċipali ser jiġu minn l-Istati Uniti, Franza, ir-Renju Unit, l-Italja, il-US Virgin Islands, il-Kanada, l-Isvezja u t-Tajwan li ser jinkludu 60 persuna għal kull delegazzjoni. 

Il-wasla ta' dan it-turnew mondjali huwa mistenni jiġġenera madwar 10,000 bed night fuq medda ta' sebat iljieli. 

Apparti l-effett pożittiv fuq it-turiżmu, dan l-avveniment ser iservi wkoll bħala reklam b'saħħtu għall-gżejjer Maltin permezz ta' promozzjoni estensiva fuq l-istazzjoni mondjali sportiv Eurosport li jlaħħaq medja ta' 300 miljun telespettatur.

L-avveniment msemmi ser jixxandar wkoll fuq stazzjonijiet tal-isport mill-Amerka t'Isfel, l-Asja kif ukoll fuq il-mezzi soċjali. 

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u s-Senior Marketing Manager tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Arthur Grima fil-preżenza tal-organizzaturi ta' dan l-avveniment. 

Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq li dan il-kampjonat dinji se jservi bħala għodda b'saħħitha biex tittejjeb l-viżibilità ta' Malta fuq il-mappa tad-dinja. “M'hemmx dubju li avveniment bħal dan ser isaħħaħ il-prospetti li pajjiżna jkun ċentru ta' eċċellenza fil-Mediterran għas-snin li ġejjin," temm jgħid il-Ministru Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ser tospita l-IPF Powerlifting World Championships f’Ġunju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ser tospita l-IPF Powerlifting World Championships f’Ġunju li ġej
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow