Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imħabbar pjan ta’ azzjoni għall-Uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat

PR230247
Date Icon 15/02/2023

Waqt konferenza ġewwa l-Mużew tal-Arkeoloġija, fil-Belt Valletta, ġew preżentati r-riżultati ta' proġett relatat mal-organizzazzjoni tal-uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mal-World Bank. Tħabbar ukoll li minn dawn ir-riżultati nħareġ pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi qafas strateġiku u operattiv biex jissaħħu kemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kif ukoll l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ta' Malta.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard tenna kif il-Gvern għaddej b'investiment kontinwu fl-istituzzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ġudizzjarja, u dak li qed jiġi preżentat illum huwa xiehda akbar ta' dan. Il-Ministru Attard spjega kif permezz ta' dan il-proġett, il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Uffiċju tad-Direttur Ġenerali għar-Riformi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u l-World Bank ħadmu id f'id mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat biex issir analiżi tal-operat u tkun ifformulata l-aħjar strateġija biex isaħħaħ dawn l-uffiċini minn aspett organizzattiv.

“Dan il-pjan strateġiku u operattiv huwa komponent ewlieni li jippermettilna nwettqu l-obbligi usa' tagħna għall-istabbiltà ekonomika u l-iżvilupp ta' pajjiżna li għalihom dawn iż-żewġ uffiċċji jiffurmaw parti integrali. Dan kollu qed isir sabiex ikollna s-sistema ta' ġustizzja b'saħħitha li jixraqlu pajjiżna u li aħna impenjati għaliha kif jixhdu r-riformi l-oħra kollha li qed iwettaq dan il-gvern f'dan is-settur," temm jgħid il-Ministru Jonathan Attard.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li l-finanzjament ta' dan il-proġett kien ta' €300,000 mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, li huwa programm tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta lill-Istati Membri tal-UE biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi. Fl-2021 mill-Istrument ta' Appoġġ tekniku ġew approvati 19-il proġett b'investiment ta' €7.25 Miljun.

“Apparti dan il-proġett se nkomplu ninvestu l-fondi Ewropej fis-settur tal-ġustizzja fosthom fil-proġett ta' diġitalizzazzjoni tal-Qorti mill-Fond ta' Rkupru u Reżiljenza u aktar investiment biex jissaħħu l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat," stqarr is-Segretarju Parlamentari Bonett.

Dr Daniele Dotto, Deputat Direttur u Kap tat-Taqsima fi ħdan id-DG Reform tkellem fuq il-ħidma kontinwa li l-Gvern Malti qed jagħmel fis-settur tal-Ġustizzja sabiex dawn l-uffiċini iwettqu l-ħidma tagħhom b'effiċjenza. Dr Dotto saħaq kif hu flimkien mal-kollegi Ewropej huma kburin li kkontribwew għal dawn ir-riżultati li ġew preżentati tul il-konferenza.

Is-Sur Jesko Hentschel f'isem il-World Bank tkellem fuq il-kollaborazzjoni li saret bejn l-istakeholders kollha nvoluti u s-sapport kontinwu biex tiġi fformulata l-istrateġija taż-żewġ uffiċini għall-ħames snin li ġejjin. Is-Sur Hentschel irrikonoxxa l-ħidma intensiva li diġà qed issir minn dawn iż-żewġ uffiċini, liema ħidma ġiet innotata tul it-18-il xahar li fih sar dan il-proġett.

Is-Sa Adamantia Manta f'isem id-DG Reform, is-Sa Joanne Battistino mill-Ministeru għall-Ġustizzja u Dr Helen Burrows mill-World Bank taw preżentazzjoni tal-proġett “Business reorganisation of the Office of the Attorney General and the Office of the State Advocate" fosthom l-għan tal-proġett, r-riżultati u l-pjan strateġiku.

Il-konferenza ngħalqet bl-indirizz tal-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg u l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imħabbar pjan ta’ azzjoni għall-Uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imħabbar pjan ta’ azzjoni għall-Uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imħabbar pjan ta’ azzjoni għall-Uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imħabbar pjan ta’ azzjoni għall-Uffiċini tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow