Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Estiża l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja fuq spejjeż addizzjonali li s-sajjieda qed jesperjenzaw meta jixtru l-fjuwil

pr230240
Date Icon 14/02/2023

Il-gvern ser jerġa’ jestendi skema ta’ għajnuna fuq spejjeż addizzjonali relatati max-xiri tal-fjuwil mis-sajjieda. Din l-iskema hi applikabbli għal sidien ta’ bastimenti liċenzjati bħala MFA u li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said.

Din l-iskema hi mmirata biex tindirizza l-isfidi li bħalissa qed jiffaċċja s-settur tas-sajd minħabba l-inflazzjoni fil-prezz tal-fjuwil apposta għall-bastimenti tas-sajd. Sajjieda li applikaw għall-ewwel sejħa ta’ din l-iskema ser ikunu qed jiġu notifikati li l-applikazzjoni tagħhom ser tiġi estiża. L-ammont dedikat għal din l-iskema huwa ta’ miljun ewro għas-sena 2023. B’hekk, sa tmiem din is-sena, is-sajjieda ser ikunu gawdew minn total ta’ €1.7 miljun sa mill-bidu ta’ din l-iskema. Dan ifisser li s-sajjieda kollha rreġistrati fuq bażi full-time mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura ser ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-differenza fiż-żieda tal-prezz tal-fjuwil stabbilita skont l-applikazzjoni.

Il-Ministru Anton Refalo saħaq li l-mira tal-gvern hija biex kontinwament nisimgħu u naraw x’inhuma l-bżonnijiet tan-nies fi żmien ta’ sfida u għalhekk din l-iskema ser tindirizza dawn l-isfidi billi finanzjarjament jonqsu l-ispejjeż addizzjonali tal-operat tal-bastimenti tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. “Il-gvern huwa kommess li jkompli jkun ta’ spalla għas-sajjieda Maltin u Għawdxin, u għalhekk inħass il-bżonn li terġa’ tiġi mġedda din l-inizjattiva biex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali”, qal il-Ministru Refalo.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li għal darb’oħra, il-gvern ser ikun tarka għas-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha. “Dan l-inċentiv li qegħdin inħabbru llum huwa ċertifikat ieħor tal-impenn tagħna bħala gvern li nħarsu u nsaħħu din il-parti integrali tat-tessut ekonomiku u soċjokulturali ta’ pajjiżna. Intom is-sajjieda tinsabu fil-qalba tal-ħidma tagħna biex insostnu s-sostenibbiltà f’pajjiżna. Infakkar ukoll li dan is-settur huwa għodda importanti biex pajjiżna jkompli jassigura l-produzzjoni tal-ikel lokali”, qalet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Il-perjodu ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sajjieda se jkun miftuħ bejn il-15 ta’ Frar u t-3 ta’ Marzu 2023. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta u fl-indirizz tal-Front Office tad-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, kif ukoll fl-Uffiċini tal-Ħatt tal-Ħut (Malta u Għawdex) jew fl-Uffiċċju tal-Uffiċjali tas-Sigurtà fl-Għammieri, il-Marsa. L-applikanti li jixtiequ jniżżlu kopja tal-formola, jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw il-Projects Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura. Għal aktar mistoqsijiet fuq din l-iskema, is-sajjieda għandhom jagħmlu kuntatt mal-uffiċċju inkarigat mill-fondi tad-Dipartiment fuq 2339 7118, jew jibagħtu email fuq fisheriesprojects.mafa@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Estiża l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja fuq spejjeż addizzjonali li s-sajjieda qed jesperjenzaw meta jixtru l-fjuwil
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Estiża l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja fuq spejjeż addizzjonali li s-sajjieda qed jesperjenzaw meta jixtru l-fjuwil
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow