Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Malta f’laqgħat ta’ diskussjoni fl-Iżvezja bejn il-Ministri tal-UE responsabbli mir-Riċerka

pr230223
Date Icon 09/02/2023

Il-Ministri tal-UE responsabbli mir-riċerka ltaqgħu flimkien għal-laqgħa informali tal-Kunsill Kompetittiv COMPET, fi Stokkolma, l-Iżvezja. F'din il-laqgħa, li saret nhar l-Erbgħa 8 ta' Frar u li għaliha attenda s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka Keith Azzopardi Tanti, ġew diskussi diversi aspetti, fosthom l-użu ta' data minn infrastrutturi ta' riċerka u l-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi.

Fir-rigward tal-użu ta' data minn infrastrutturi għal skop ta' riċerka, li l-UE ilha tinvesti fihom għal diversi snin, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti stqarr kif permezz ta' dawn l-infrastrutturi l-istati membri jistgħu jużaw u jiżviluppaw it-tagħrif li joħroġ mir-riċerka sabiex jindirizzaw diversi sfidi, bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittività li biha finalment jiggwadanja ċ-ċittadin.

Is-Segretarju Parlamentari saħaq dwar l-importanza li d-data li toħroġ mir-riċerka tkun aktar aċċessibbli sabiex ikun hemm użu aħjar. Ġie diskuss ukoll li bl-implimentazzjoni tal-prinċipji FAIR (Findable, Accessible, Interoperable, Reusable) jistgħu jwasslu sabiex ikun hemm użu aħjar tad-data fejn tpoġġi lin-negozji fuq l-istess keffa t'opportunità. Huwa saħaq kif Malta qed taħdem sabiex tadotta dawn l-prinċipji fejn qed titħejja n-National Open Access Policy.

“L-istati membri għandhom jadottaw prattiċi komuni u għandha ssir analiżi ddettaljata mill-UE fuq l-isfidi u r-riżorsi li l-istituzzjonijiet ta' riċerka għandhom bżonn sabiex jimplimentaw il-prattiċi komuni," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Malta f’laqgħat ta’ diskussjoni fl-Iżvezja bejn il-Ministri tal-UE responsabbli mir-Riċerka
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Malta f’laqgħat ta’ diskussjoni fl-Iżvezja bejn il-Ministri tal-UE responsabbli mir-Riċerka
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Malta f’laqgħat ta’ diskussjoni fl-Iżvezja bejn il-Ministri tal-UE responsabbli mir-Riċerka
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow