Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal favur aktar inklużjoni

PR230220
Date Icon 09/02/2023

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal iffirma ftehim ta' kooperazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, bil-għan illi jkun hemm aktar skambju t'ideat dwar kif tista' titjieb l-infrastruttura għat-tfal u l-familji fil-komunità. Dan il-ftehim jassigura li t-tfal u l-familji tagħhom ikunu aktar attivi u involuti fil-komunità tagħhom, kif ukoll li l-lokalitajiet ikunu aktar adattati u aċċessibbli għat-tfal. 

Permezz ta' dan il-ftehim, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal ser ikun qed joffri linji gwida fuq id-drittijiet tat-tfal u kif il-vuċi tat-tfal u ż-żgħażagħ għandhom jinstemgħu u jitqiesu fl-iżvilupp tal-politika u ta' proġetti relatati mat-tfal u l-familji fil-komunitajiet.

Min-naħa l-oħra, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali ser tkun qed tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn il-kunsilli lokali u reġjonali mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal fir-rigward ta' proġetti u kwistjonijiet fil-lokalitajiet li jolqtu l-familji u t-tfal.

Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Kummissarju għat-Tfal Antoinette Vassallo u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Gvern Lokali Joyce Dimech, fil-preżenza tal-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal  li, “Ftehimiet bħal dawn jiżguraw li dak li jixtiequ t-tfal jittieħed b'serjetà, sabiex eventwalment dawn il-proposti jitilgħu għal-livell amministrattiv. Nixtieq nara aktar sinerġija fir-relazzjoni ta' bejn il-Gvern Lokali u l-Kummissarju għat-Tfal. Il-leħen tat-tfal ma jridx jibqa' biss vuċi, iżda għandu jinbidel fi pjan konkret t'azzjoni."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli awgurat kooperazzjoni tajba bejn iż-żewġ partijiet. “Dan il-ftehim ser jgħin sabiex isiru proġetti u inizjattivi favur it-titjib fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti u fil-lokalitajiet. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-kunsilli lokali jisimgħu l-ideat u s-suġġerimenti tar-residenti kollha, inkluż taż-żgħar," saħqet is-Segretarju Parlamentari.

Il-Kummissarju għat-Tfal Antoinette Vassallo saħqet dwar l-importanza tal-irwol li għandu jkollhom il-kunsilli lokali fejn tidħol implimentazzjoni ta' miżuri li jsaħħu d-drittijiet tat-tfal kif ukoll il-benefiċċji tal-parteċipazzjoni tat-tfal fil-lokalità. “It-tfal huma ta' kontribut kbir fil-lokalitajiet li jgħixu fihom. L-enerġija, il-ħiliet, l-aspirazzjonijiet, il-kreattività u l-passjoni tagħhom iwasslu għall-għarfien profond li jħalli impatt pożittiv fuq il-komunità kollha," temmet tgħid il-Kummissarju għat-Tfal.

Għal dan l-iffirmar kien hemm preżenti wkoll id-Direttur tal-Istrateġija u Implimentazzjoni tal-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, is-Sinjura Marisa Pisani.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal favur aktar inklużjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal favur aktar inklużjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim bejn id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal favur aktar inklużjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow