Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra

pr230213
Date Icon 08/02/2023

Dott. Kevan Azzopardi, Dott. Gianella Camilleri Busuttil, Dott. Abigail Critien u Dott. Joseph Gatt ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala maġistrati waqt ċerimonja li tmexxiet mill-President ta' Malta George Vella fil-Palazz ta' Sant'Anton u li matulha fakkarhom li huma “ġudikanti kullimkien, mhux biss fuq il-bank tal-Qorti."

Il-President Vella qal li b'mod konkret dawn il-ħatriet fil-ġudikatura qed isaħħu r-riżorsi fil-Qrati u jissudaw il-kredenzjali ta' Malta fl-oqsma tal-istat tad-dritt u l-governanza tajba. Filwaqt li fakkar lill-ġudikanti ġodda biex ikunu mmexxija dejjem mill-prinċipji tal-imparzjalità, l-integrità u t-trasparenza, il-president saħaq dwar ir-rabta bejn il-ġustizzja u l-ugwaljanza fis-soċjetà.

“Nitlobkom iżżommu quddiem għajnejkom ir-rwol fundamentali tagħkom li tħarsu u tipproteġu lil min hu vulnerabbli u lil dawk li m'għandhomx il-fakultà li jħarsu lilhom infushom. L-aċċess sħiħ għall-ġustizzja jrid japplika għal kulħadd, inkluż għal min huwa żvantaġġat u min forsi jsib ruħu f'sitwazzjoni ta' bżonnijiet speċjali. Ma hemmx eċċezzjonijiet," qal il-President George Vella waqt li ferħilhom għall-karigi u għall-obbligi ġodda.

“Minn ġudikant, is-soċjetà tistenna indipendenza sħiħa, minn kull indħil, influwenza jew pressjoni esterna, biex ix-xogħol tagħkom isir bis-serenità assoluta, li jirrikjedi deċiżjonijiet ta' piż kbir għas-soċjetà kollha," saħaq il-President Vella waqt li ħeġġiġhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex b'ħidmiethom isaħħu l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f'Malta.

Preżenti għaċ-ċerimonja tal-ħatra kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, l-Avukat tal-Istat Chris Soler u l-Prim Imħallef Mark Chetcuti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Erba’ maġistrati jieħdu l-ġurament tal-ħatra
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow